L-aġenzija tal-aħbarijiet RIA rrappurtat li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, Sergei Lavrov, qal li kieku kellha ssir it-Tielet Gwerra Dinjija, din tkun tinvolvi armi nukleari, u tkun qerrieda.
Ir-riskju ta’ gwerra nukleari żdied il-ġimgħa li għaddiet meta Vladimir Putin poġġa lill-forzi ta’ deterrent nukleari tar-Russja fuq allert. Dan wara li wissa li kull min jipprova jfixkel l-invażjoni tar-Russja tal-Ukrajna se jiffaċċja konsegwenzi li qatt ma ra.
It-twissija qanqlet biżgħat fil-komunità internazzjonali, peress li l-pajjiż bħalissa għandu l-akbar armamenti nukleari fid-dinja, aktar mill-Istati Uniti u s-seba’ pajjiżi l-oħra kollha miċ-Ċina sal-Korea ta’ Fuq, skont Stockholm Peace Institute
Waqt diskors li għamel lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem f’Ġinevra, għexieren ta’ uffiċjali ħarġu ‘l barra bi protesta kontra l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, inklużi dawk mill-Gran Brittanja, l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea.
Dawk li baqgħu preżenti kienu jinkludu ċ-Ċina, is-Sirka u l-Veneżwela.
Waqt id-diskors tiegħu, id-diplomatiċi tan-NU qagħdu barra bil-bandiera Ukrena.
Fid-diskors tiegħu huwa kkritika b’mod qawwi lill-UE talli pprovdiet armi lill-Ukrajna biex tiġġieled kontra l-invażjoni militari tar-Russja.
