Ir-Russja tintensifika l-attakki tagħha fuq bliet ewlenin tal-Ukrajna għas-seba’ jum fit-Tramuntana, fil-Lvant u fin-Nofsinhar.

Ġie rrappurtat li paratruppi Russi niżlu wkoll f’Kharkiv fil-Grigal b’attakki qawwija.

Kmieni dalgħodu, missila laqtet bini li jappartjenu lill-pulizija, is-Servizz tas-Sigurtà tal-Ukrajna u l-Università Nazzjonali ta’ Karazin.

Is-sindku tal-belt jgħid li Kharkiv hu uqa parzjalment imdawwar mill-armata Russa.

Konvoj twil ta’ 40 mil ta’ vetturi Russi jinsab madwar 15-il mil fit-Tramuntana tal-kapitali Kyiv.

In-Nazzjonijiet Uniti tgħid li aktar minn 800,000 ruħ ħarbu mill-Ukrajna.

Sadanittant, wara l-Unjoni Ewropea u l-Kanada, l-Istati Uniti ħabbret li se tagħlaq ukoll l-ispazju tal-ajru għal-linji tal-ajru Russi.

Barra minn hekk, kumpaniji ewlenin bħal Apple, Google, Ford u Exxon Mobil ħadu passi kontra r-Russja minħabba l-invażjoni.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks