F’messaġġ televiżiv, il-President Russu qal li l-gwerra fl-Ukrajna sejra skont il-pjan minkejja valutazzjonijiet tad-difiża minn pajjiżi oħra.

Huwa qal li l-kompiti kollha qed jitwettqu b’suċċess.

Madankollu, il-valutazzjonijiet tad-difiża jindikaw li r-Russja qed tiffaċċja reżistenza aktar iebsa milli kien mistenni mill-militar Ukren.

Konvoj twil ta’ 40 mil ta’ tankijiet Russi vetturi armati, li hu maħsub li lest għal attakk fuq il-kapitali tal-Ukrajna, jidher li waqaf madwar 30 kilometru barra Kiev.

Fir-rimarki tiegħu, Putin faħħar lis-suldati Russi għall-kuraġġ tagħhom waqt l-invażjoni u sejħilhom bħala eroj. Huwa reġa’ akkuża l-gvern Ukren li huwa reġim Nażista u faxxista.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks