Select Page

Aktar kmieni llum sar it-tieni rawnd ta’ taħdidiet bejn ir-Russja u l-Ukrajna li damu għaddejjin sigħat iżda ma ntlaħaq l-ebda ftehim ta’ waqfien mill-ġlied u l-gwerra kompliet tintensifika.

Id-delegazzjonijiet Russi u Ukreni ltaqgħu fir-reġjun ta’ Brest tal-Belarussja.

Huwa mifhum li kien hemm qbil mid-delegazzjoni Russa dwar il-possibilità ta’ waqfien mill-ġlied b’mod temporanju f’żoni fejn qed isseħħ l-evakwazzjoni. Madankollu, membru tad-delegazzjoni Ukrena qal li t-taħditiet mar-Russja ma wasslu għall-ebda riżultat li l-Ukrajna kellha bżonn.

Sadanittant ikomplu jintensifikaw l-attakki mir-Russja fil-bliet tal-Ukrajna, fosthom Kharkiv u Kherson, li issa l-invażjoni dieħla fit-tieni ġimgħa tagħha.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks