Delegazzjoni Ukrena u uffiċjali Russi ltaqgħu għat-tieni rawnd ta’ taħditiet dwar il-gwerra li għaddejja bejniethom.
Huwa mifhum li t-taħditiet bdew għall-ħabta tas-2 ta’ wara nofsinhar. Skont dak li qed jintqal minn uffiċjali kkonċernati, l-għan huwa li jintlaħaq xi tip ta’ ftehim u jieqaf il-ġlied
Fl-ewwel laqgħa bejniethom li saret nhar it-Tnejn li għadda fil-fruntiera bejn l-Ukrajna u l-Belarussja, ma ntlaħaq l-ebda ftehim ħlief li jkun hemm aktar taħdidiet.
Ikkumenta
