Splużjoni tikkawża ħsara kbira ħdejn l-istazzjon tal-ferrovija ta’ Kyiv, fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Pivnichna, li jinsab ftit aktar minn 700 pied mill-istazzjon ċentrali ta’ Kyiv.

Mijiet ta’ refuġjati li qed jippruvaw jaħarbu mill-kunflitt fl-Ukrajna jinsabu fl-istazzjon ċentrali tal-ferrovija fi Kyiv.

Minn filmati li dehru fil-midja barranija jidher li l-ħsara saret fl-istazzjon tal-biljetti fuq il-pjattaforma tal-ferrovija.

Il-ħoss tal-isplużjoni seta’ jinstema’ madwar il-belt.

Skont il-Ministeru tal-Intern tal-Ukrajna, l-isplużjoni ikkawżat ħsara f’pipeline tat-tisħin fi Kyiv.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks