Hekk kif il-belt ta’ Kyiv qed tħejji għal aktar attakki intensivi mill-militar Russu fis-sigħat li ġejjin, ħafna residenti qed ifittxu jiġru jistkennu f’xelters għall-bombi, kantini u stazzjonijiet tas-subway.

Ħafna minnhom huma nisa u tfal, u klieb u qtates li wħud minnhom jieħdu magħhom flimkien ma’ kutri, saqqijiet tal-arja u n-neċessitajiet li jirnexxilhom iġorru magħhom.

Il-mobajls u l-kotba jintużaw biex jgħaddu l-ħin, partikolarment mill-ommijiet li jippruvaw jagħmlu minn kollox biex jaljenaw lil uliedhom fi żmien tant diffiċli, ta’ biża’ u inċertezzi.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks