Fi stqarrija, il-kumpanija tal-Google qalet li fid-dawl taċ-ċirkostanzi, qed twaqqaf ir-reklami tal-Google fir-Russja.

Żiedet tgħid li d-deċiżjoni se tkun qed tkopri r-reklami kollha tal-Google fir-Russja, inkluż YouTube.

Din id-deċiżjoni ġiet wara deċiżjoni simili minn Twitter il-ġimgħa li għaddiet li jissospendi r-reklamar kemm fir-Russja kif ukoll fl-Ukrajna.

Għadu mhux ċar jekk Meta, il-kumpanija ta’ Facebook, għandhiex il-ħsieb ukoll li tissospendi r-reklamar fir-Russja.

Sadanittant, il-Microsoft ħabbret ukoll li se twaqqaf il-bejgħ ta’ prodotti u servizzi fir-Russja.

F’post onlajn, il-President tal-Microsoft Brad Smith kiteb li l-kumpanija se tkun qed twaqqaf ukoll ħafna aspetti tan-negozju tagħhom fir-Russja f’konformità mad-deċiżjonijiet tas-sanzjonijiet governattivi.

Il-kumpanija żiedet tgħid li qed tkompli toffri wkoll assistenza ta’ cyber security lill-Ukrajna.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks