Reġa’ wasal Sibt ieħor u Sibtek jirritorna b’aktar personalitajiet!
Din id-darba l-personalitajiet se jkunu kollha nisa għal Jum il-Mara. Mrs. Malta Nadine Cuschieri, il-preżentaturi Dulcima Aquilina u Stephanie Chirchop u l-mudella Shanel Debattista huma l-mistiedna ta’ Ryan u Josmar waqt l-edizzjoni li jmiss ta’ Sibtek li jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12.15 ‘l quddiem.
Waqt din l-edizzjoni Nadine se jkollha sorpriża minn żewġha li huwa perit u kantant.
Dulcima se tmur lura fil-passat tagħha, imma kif?! X’se jagħmlu ta’ Sibtek?!
Stephanie Chirchop hemm mnejn temozzjona ruħha xi ftit…
Shanel se tiskopri talent moħbi waqt Sibtek! Imma x’inhu?!
Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.
Bħal dejjem, mukoll il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.
Jekk tħobb issegwi Sibtek, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!
