Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy appella lil Putin biex jiltaqgħu wiċċ imb’wiċċ u jitħaddtu bejniethom filwaqt li sostna li huwa l-uniku mod biex titwaqqaf din il-gwerra.
Intant, fit-tieni rawnd ta’ taħdidiet bejn iż-żewġ delegazzjonijiet qablu li joħolqu kurituri umanitarji.
Dan wara li l-President Franċiż Emmanuel Macron qal li jemmen li l-agħar tal-gwerra għadu ġej wara telefonata twila li kellu ma’ Vladimir Putin.
L-uffiċju tal-President Franċiż qal li Putin għamilha ċara li determinat li jkompli l-attakki militari fl-Ukrajna bl-għan li jieħu kontroll tal-pajjiż kollu.
Wara t-telefonata tiegħu ma’ Putin, Macron tkellem mal-President Ukren Volodymyr Zelenskyy.
Ikkumenta
