Select Page

Iktar kmieni llum, il-Ministeru tad-Difiża tar-Russja ħabbar li r-Russja se twaqqaf l-ibbumbardjar f’Mariupol u Volnovakha biex tippermetti lin-nies jaħarbu minn djarhom b’mod sigur, u żied jgħid li l-kurituri umanitarji r-rotot tal-ħruġ ġew miftiehma mal-Ukrajna.

Madanakollu, skont il-kunsill ta’ Mariupol, il-waqfien mill-ġlied miftiehem mhux qed jiġi osservat bis-sħiħ fil-belt tant li l-evakwazzjoni kellha tiġi posposta. Il-kunsill qal li qed isir ġlied fir-reġjun ta’ Zaporizhzhia, li huwa fejn jintemm il-kuritur umanitarju.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks