Waqt l-indirizz tal-Anġelus mit-tieqa tiegħu fi Pjazza San Pietru, il-Papa Franġisku qal li l-Vatikan lest li jagħmel dak kollu li jista’ għall-paċi fl-Ukrajna.
Il-Papa Franġisku qal li bagħat żewġ kardinali l-Ukrajna biex jassistu l-isforzi umanitarji, mhux biss bħala sinjal tal-preżenza tal-Papa, iżda wkoll ta’ dawk kollha li jridu jgħidu “Il-gwerra hija ġennata! Ieqfu, jekk jogħġobkom! Ħarsu lejn din il-krudeltà!”
Il-Papa appella għar-rispett lejn il-liġi internazzjonali u ħeġġeġ li jinfetħu kurituri ta’ evakwazzjoni biex in-nies ikunu jistgħu jaħarbu mill-kunflitt.
Huwa qal li din mhijiex biss operazzjoni militari iżda gwerra li qed tikkawża mewt u qerda.
Il-Papa Franġisku rringrazzja wkoll lill-ġurnalisti li qed jirriskjaw ħajjithom biex jirrappurtaw dwar il-gwerra.
