Il-Kummissarju tal-aġenzija tan-NU għar-refuġjati, Filippo Grandi qal li aktar minn 1.5 miljun refuġjat fl-Ukrajna qasmu lejn pajjiżi ġirien f’10 ijiem.
F’post fuq Twitter Grandi rrefera għal din il-kriżi bħala waħda li qed tikber b’rata mgħaġla fl-Ewropa mit-Tieni Gwerra Dinjija.
More than 1.5 million refugees from Ukraine have crossed into neighbouring countries in 10 days — the fastest growing refugee crisis in Europe since World War II.
— Filippo Grandi (@FilippoGrandi) March 6, 2022
Intant il-Ministeru tal-Intern tal-Ġermanja qal li kważi 38,000 persuna waslu fil-pajjiż mill-Ukrajna mill-bidu tal-invażjoni Russa fl-24 ta’ Frar.
Il-Ministeru qal ukoll li minħabba n-nuqqas ta’ kontrolli fuq il-fruntieri bejn il-Polonja u l-Ġermanja, in-numru attwali ta’ nies deħlin jista’ jkun ogħla b’mod sinifikanti.
Il-Ministru tal-Intern tal-Ġermanja Nancy Faeser qalet lill-gazzetta Ġermaniża Bild am Sonntag li l-Ġermanja se tospita refuġjati li jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom.
