Qabel ma r-Russja bdiet il-gwerra tagħha kontra l-Ukrajna, Sandra Ishchenko kienet tmexxi ċentru għall-kura tal-annimali domestiċi jismu Dog City, fi Kyiv.

Issa l-mara qed tuża dan iċ-ċentru biex toffri kenn lill-annimali domestiċi, l-aktar klieb, li ħallew warajhom nies li ħarbu mill-gwerra li għaddejja fil-pajjiż.

In-nies li ħallew l-annimali tagħhom f’idejn Sandra, jittamaw u jistennew il-mument li jkunu jistgħu jirritornaw lura biex jingħaqdu mal-annimali tagħhom ladarba jieqaf il-ġlied li u jkun sikur biżżejjed biex jerġgħu lura.

Ikkumenta
