Ir-Russja ippubblikat lista ta’ pajjiżi li qed tqishom bħala għedewwa minħabba s-sanzjonijiet li qed jimponu fuq il-pajjiż wara l-invażjoni fl-Ukrajna.

Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma f’din il-lista flimkien mal-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Albanija, il-Gran Brittanja, New Zealand, l-Iżvizzera, l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja.

Ir-Russja qed takkuża lil dawn il-pajjiżi b’azzjonijiet kontra l-kremlin.

Mill-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna fl-24 ta’ Frar, il-pajjiżi tal-Punent imponew sanzjonijiet fuq ir-Russja, iffriżat l-assi ta’ Putin u eskludew il-banek Russi mis-sistema ta’ pagamenti internazzjonali Swift.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks