Laqgħa bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ukren Dmytro Kuleba u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Russja Sergey Lavrov fit-Turkija spiċċat mingħajr ftehim milħuq dwar il-waqfien mill-ġlied u kurituri umanitarji.

Kuleba qal li qajjem il-prospett li jiġi stabbilit kuritur umanitarju biex in-nies ikunu jistgħu jaħarbu mill-belt ta’ Mariupol iżda qal li sfortunatament il-Ministru Lavrov ma kienx f’pożizzjoni li jikkommetti ruħu għal dan

F’konferenza stampa li saret wara l-laqgħa qasira, Kuleba qal li ġie diskuss ukoll il-waqfien mill-ġlied għal 24 siegħa biex jissolvew l-aktar kwistjonijiet umanitarji urġenti iżda qal li m’għamlux progress fuq il-kwistjoni peress li skont Kuleba, jidher li hemm oħrajn li jieħdu deċiżjonijiet għal din il-kwistjoni fir-Russja.

Kuleba qal li qablu li jkomplu bl-isforzi biex ifittxu soluzzjoni għall-kwistjonijiet umanitarji, u żied jgħid li huwa lest li jerġa’ jiltaqa’ jekk ikun hemm prospetti għal diskussjonijiet sostanzjali li eventwalment tinstab soluzzjoni.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks