Kmieni dalgħodu, l-attur Clive Piscopo ħabbar li wara tant stennija, lbieraħ hu u l-mara tiegħu Claire laqgħu f’ħajjithom lit-tarbija tagħhom Nora-Marie.
Huwa ddeskriva dan il-mument bħala l-isbaħ u l-itqal siegħa filwaqt li qal li l-mara tiegħu Claire kienet fenomenali.
F’dan il-jum mimli emozzjonijiet, Clive u Claire sellmu l-memorja tat-tarbija li tilfu sena ilu.
“F’dan il-jum mimli emozzjonijiet, nixtiequ nsellmu l-memorja ta’ tarbija oħra, tarbija li sena ilu ma kellniex ix-xorti li nżommuha f’idejna. Kont min kont se tkun, inti tibqa’ parti mill-familja tagħna.”
Clive u Claire Piscopo
Fil-post li tella’ fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu, Clive qal li l-isem Nora jfisser dawl.
“U kif tgħid waħda mill-kwotazzjonijiet favoriti tiegħi: May you be a light in dark places… especially when all other lights go out.”
Clive Piscopo
F’isem it-tim ta’ skoperta.net nawguraw lil Clive u lil Claire għal dan il-vjaġġ ġdid f’ħajjithom.
