Ir-Russja ċaħdet l-allegazzjonijiet li bbumbardjat sptar tat-tfal f’Mariupol, wara li ħarġu rapporti li qalu li 17-il persuna weġġgħu fl-attakk.
Nhar il-Ħamis fuq Twitter, Dmitry Polyanskiy, ir-rappreżentant permanenti tar-Russja għan-Nazzjonijiet Uniti, ammetta li l-bini ġie bbumbardjat mill-armata Russa iżda qal li ma kienx qed jopera aktar bħala sptar iżda kien qed jintuża mill-armata Ukrena bħala bażi militari.
Huwa rrefera għar-rapporti li ħarġu bħala fake news filwaqt li żied jgħid li hija inkwetanti ħafna li n-NU xxerred informazzjoni bħal din mingħajr verifika.
That’s how #Fakenews is born. We warned in our statement back on 7 March (https://t.co/OpSeejBais) that this hospital has been turned into a military object by radicals. Very disturbing that UN spreads this information without verification #Mariupol #Mariupolhospital https://t.co/99v8avyThS pic.twitter.com/JsHgsv5YfQ
— Dmitry Polyanskiy (@Dpol_un) March 9, 2022
