Sibtek jirritorna din id-darba mal-attur Clayton Żammit iċ-ċomba, l-attriċi u preżentatriċi Elaine Sammut, mad-diżinjatur Gaetano Busuttil, u ma’ Christabelle Żammit (Belle). Dawn huma il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar waqt l-edizzjoni li jmiss ta’ Sibtek li jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12.15 ‘l quddiem.
Waqt din l-edizzjoni Belle se jkollha sorpriża minn mara li żgur qatt ma immaġinat li se tiġi għaliha fuq Sibtek!
Gaetano se jkollu sfida diffiċli ferm…. imma tad-daħq ukoll!
Clayton Żammit ġejja l-kunjata tkellmu qabel jiżżewweġ lil bintha!!! U se jkollu regoli stretti li jrid iżomm magħhom!
Elaine se jkollha ċajta kbira! Imma Xiex???
Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.
Bħal dejjem, ma tonqosx il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.
Jekk tħobb issegwi Sibtek, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!
