Meta, il-kumpanija prinċipali ta’ Facebook u Instagram, qed tagħmel eċċezzjoni temporanja għar-regola tagħha dwar diskors vjolenti wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna u qalet li se tippermetti posts li jinstigaw vjolenza kontra l-armata Russa imma mhux theddid kontra ċ-ċittadini Russi.

Din id-deċiżjoni ntlaqgħet immedjatament b’kontroversja, bl-ambaxxata tar-Russja fl-Istati Uniti titlob li Washington twaqqaf id-deċiżjonijiet estremisti tas-sid ta’ Facebook.

Din id-deċiżjoni se tapplika għal ċerti pajjiżi biss li jinkludu lil Armenja, Ażerbajġan, Estonja, Ġorġja, Ungarija, Latvja, Litwanja, Polonja, Rumanija, Russja, Slovakkja u Ukrajna.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks