Il-mara tal-Maġistrat Joseph Mifsud, Maria Mifsud ħabbret fuq il-profil ta’ Facebook tagħha, li żewġha jinsab lura d-dar wara 63 jum l-isptar Mater Dei.

Hija qalet li fadal l-aħħar ftit sabiex jirkupra u li qiegħed iħares ‘il quddiem sabiex jirritorna lejn id-dover tiegħu, dak li jservi lis-soċjetà.

Hija rringrazzjat lill-istaff kollu mediku, kemm taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta kif ukoll tal-isptar Mater Dei, partikolarment tas-sala li kien fiha, ta’ kemm ħadu ħsiebu u għamlu minn kollox biex jagħtuh il-kura li kellu bżonn.

Mart il-Maġistrat irringrazzjat ukoll lil kull min mar iżuru u żamm kuntatt miegħu f’dan iż-żmien diffiċli.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks