Kurt Calleja, Kyle George, Avenue Sky, Joseph Refalo, MARA, Claudia Faniello, Victoria Sciberras, Kantera, Lyndsay u l-Kalakku kif ukoll Kelly Marie li lkoll kemm huma, se jieħdu sehem fil-festival Mużika Mużika li se jittella’ l-ġimgħa d-dieħla, se jkunu l-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq NET TV, kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.

Bi preżentazzjoni ta’ Victorio Gauci din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ logħob, divertiment u kurżitajiet kif ukoll spettaklu LIVE ta’ kanzunetti klassiċi Maltin bil-kantanti jkunu akkumpanjati mill-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks