Select Page

L-avventura għal din il-ġimgħa ma’ Angelo Caruana se teħodna fil-gżira Għawdxija!

Minn quddiem is-Santwarju ta’ Pinu, Angelo qabad it-telgħa sabiex jilħaq il-quċċata ta’ dik li hi msejħa l-Għolja tal-Għammar.

Matul dan il-vjaġġ wieħed isib 14-il stazzjon li jirrapreżentaw il-passjoni ta’ Ġesù Kristu. Dawn l-istatwi minquxa fl-irħam jidher li tpoġġew fil-bidu tas-snin tmenin u nħadmu f’Pietra Santa, l-Italja fuq disinn tas-Sur Alfred Camilleri Cauchi.


“Waqt dan il-vjaġġ ta’ devozjoni wieħed jista’ jammira wkoll is-sbuħija tal-madwar tal-gżira Għawdxija speċjalment bħalissa peress li ħafna mill-għelieqi u l-madwar jinsabu miksija bl-aħdar tal-prodotti tal-bidja u ħaxix selvaġġ.” jgħidilna Angelo.

“Minn hawn fuq ukoll wieħed jista’ jgawdi b’mod faċli l-veduta tal-Fanal tal-Ġordan. Fil-quċċata ta’ din l-għolja wieħed isib ukoll amfiteatru kbir li jista’ jospita numru ta’ persuni b’artal fin-nofs. Kull sena, waqt wieħed mill-ħdud tar-randan, isir pellegrinaġġ matul dan il-passaġġ. Esperjenza li wieħed għandu jagħmel speċjalment bħalissa f’dan iż-żmien tar-randan.”

Angelo Caruana

Segwi l-avventura kollha permezz tal-filmat t’hawn taħt:

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks