Il-Papa Franġisku, għal darb’oħra reġa’ appella għall-paċi fl-Ukrajna waqt it-talba tal-Angelus tiegħu fi Pjazza San Pietru, u sejjaħ l-attakki tar-Russja bħala aggressjoni inaċċettabbli kontra l-Ukrajna.
Il-Papa appella biex jieqfu l-attakki u żied jgħid li l-bumbardament ta’ sptarijiet tat-tfal u li jimmiraw lejn iċ-ċittadini Ukreni huma barbari u mingħajr l-ebda raġuni strateġika valida.
“Quddiem il-barbarità ta’ qtil ta’ tfal u nies innoċenti, m’hemmx raġunijiet strateġiċi. Kulma hemm bżonn li titwaqqaf l-aggressjoni inaċċettabbli qabel ma l-bliet jinbidlu f’ċimiterji.”
Papa Frangisku
Ikkumenta
