Titnieda l-kanzunetta I Am What I Am flimkien mal-vidjow mużikali, li biha Emma Muscat se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej, f’Turin.

Dan wara li dalgħodu f’intervista li għamlet Emma fuq il-programm TVAM li jixxandar fuq TVMNews+, ħabbret li se tkun qed tkanta kanzunetta differenti minn dik li rebħet biha fil-Malta Eurovision Song Contest.

Fl-intervista Emma qalet li wara diskussjonijiet mat-tim, kif ukoll semgħet l-opinjoni tal-pubbliku iddeċidiet li tbiddel il-kanzunetta għal waħda aktar adattata għall-Eurovision.

Il-kanzunetta I Am What I Am, tittratta dwar l-imħabba li wieħed għandu jkollu lejh innifsu.

Int taqbel li kellha tinbidel il-kanzunetta? U x’jidhirlek mill-kanzunetta l-ġdida?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks