Tħabbret il-mewt ta’ Louis Fenech, DJ magħruf u maħbub partikolarment mis-semmiegħa ta’ Calypso Radio.

Bosta qed jesprimu n-niket tagħhom għal din l-aħbar fuq il-midja soċjali filwaqt li jsellmu l-memorja ta’ Louis u jiddeskrivuh bħala ħabib u persuna li kellhom ix-xorti li saru jafu jew ħadmu miegħu.

Il-lealtà u d-dedikazzjoni lejn ix-xogħol tiegħu jispikkaw fost il-kliem ta’ tifħir minn bosta għal Louis, li ċertament it-telfa tiegħu se tħalli vojt kbir.

F’isem it-tim ta’ skoperta.net, nagħtu l-kondoljanzi lill-familja u lil dawk kollha qrib.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks