Select Page

Filwaqt li l-attakki militari Russi fl-Ukrajna qed ikomplu jintensifikaw, il-Prim Ministri tal-Polonja, is-Slovenja u r-Repubblika Ċeka se jinsabu fi triqithom lejn Kyiv biex jiltaqgħu mal-President Ukren Volodymyr Zelenskyy u l-Prim Ministru Denys Shmyhal.

L-iskop taż-żjara huwa biex jikkonfermaw l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea kollha għas-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u biex jippreżentaw aktar proposti ta’ appoġġ għall-istat u s-soċjetà tal-Ukrajna.

Din iż-żjara kienet organizzata bi qbil mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von Der Leyen.

Il-komunità internazzjonali se tkun infurmata dwar iż-żjara tad-delegazzjoni permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż In-Nazzjonijiet Uniti.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks