Il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (ICJ) ordnat lir-Russja twaqqaf immedjatament l-invażjoni tagħha fl-Ukrajna, u qalet li m’hemm l-ebda evidenza li tiġġustifika din il-gwerra.

Il-qorti ddeċidiet dan waqt seduta li saret illum. Sostniet li l-federazzjoni Russa għandha tissospendi immedjatament l-operazzjonijiet militari li bdew fl-24 ta’ Frar tal-2022.

Id-deċiżjoni preliminari ġiet ikkonfermata b’vot ta’ 13-2. Imħallef Russu u Ċiniż kienu t-tnejn li vvutaw kontra d-deċiżjoni.

Is-sentenzi tal-ICJ huma kkunsidrati obbligatorji minkejja li l-qorti m’għandhiex mekkaniżmu ta’ infurzar.

Ir-Russja bbojkottjat seduta preċedenti tal-ICJ fis-7 ta’ Marzu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks