Select Page

Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qal li l-pożizzjoni tar-Russja fit-taħdidiet qed issir aktar realistika.

F’messaġġ televiżiv, Zelenskyy saħaq fuq il-ħtieġa li pajjiżu jkompli jiġġieled iżda ta tama dwar l-aħħar taħdidiet li għaddejjin bħalissa.

Huwa qal li skont kif qalulu, il-pożizzjoni tar-Russja qed issir aktar realistika filwaqt li enfasizza l-importanza li jippersegwitaw fit-taħdidiet għaliex qal li kwalunkwe gwerra għandha tispiċċa fi qbil. Madanakollu żied jgħid li jeħtieġu aktar ħin biex jinkisbu deċiżjonijiet li jkunu fl-interessi tal-Ukrajna.

Min-naħa l-oħra, Vladimir Medinsky, il-kap tad-delegazzjoni Russa, qal li l-għanijiet tal-pajjiż fin-negozjati mal-Ukrajna ma nbidlux minn meta bdew it-taħdidiet bejn iż-żewġ naħat.

Huwa qal li Moska trid li l-Ukrajna tkun paċifika, ħielsa, indipendenti u newtrali. Żied jgħid li t-taħditiet bejn ir-Russja u l-Ukrajna għadhom għaddejjin iżda huma diffiċli.

Qal ukoll li min-naħa tar-Russja x-xewqa hija li jaslu għall-paċi kemm jista’ jkun malajr.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks