Żewġ filmati opposti ta’ xulxin qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali bħalissa ġibdu l-attenzjoni ta’ bosta.

Filmat ta’ TikTok li juri raġel li permezz ta’ kanzunetta fuq il-mużika ta’ Bella Ciao, jirringrazzja lill-Prim Ministru u l-Ministri għaċ-ċekkijiet li qed jitqassmu bħalissa.

Fil-kanzunetta jgħid li kif iqum filgħodu jgħid “Viva l-Labour”. Jirringrazzja wkoll lill-Prim Ministru u l-Ministri li “ġabuna ġawhra f’nofs il-Mediterran”.

@rencian10

♬ original sound – charles77

Min-naħa l-oħra, filmat ieħor li ttella’ fuq TikTok juri raġel li għall-kuntrarju ta’ dak li rajna qabel, jidher jaħraq iċ-ċekkijiet filwaqt li jinstema’ jgħid lill-Prim Ministru Robert Abela “b’dawn trid tixtrini int?”.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks