Select Page

Permezz ta’ filmat li tella’ fuq il-midja soċjali, il-kandidat tal-Partit ABBA Matthew Grech qal li l-Prim Ministru Robert Abela qed jiddefendi attivisti favur l-abort.

Huwa qal li riċentament, il-Partit ABBA ressaq kwerela lill-pulizija minħabba t-tħassib serju li għandu l-partit dwar ċerti attivisti li skont hu qed jippromwovu l-abort, qed jiksru l-liġi kriminali ta’ Malta.

Żied jgħid li minflok Robert Abela jifraħ ma’ dak li hu ġust meta jara nies li jaħdmu favur il-ħajja biex jipproteġu l-ġenerazzjoni li tiela’, jirrabja.

“Imbagħad jiġi jbiegħhielna li huwa kontra l-abort? U ejja! Ma tistax tkun aktar ċara minn hekk! Ma tistax filli tkun naħa u filli tkun oħra. M’hemmx konsistenza.”

Matthew Grech

Grech qal li l-partit ABBA għandu messaġġ ċar favur il-ħajja u kontra l-abort f’kull ċirkostanza.

Huwa ħeġġeġ lin-nies biex jivvutaw bil-għaqal u jivvutaw il-kandidati kollha tal-Partit ABBA.

“Din l-elezzjoni hija d-differenza bejn ħajja jew mewt, u demm dawn it-trabi jista’ jkun fuq idejk jew fuq rasek, oqgħod attent, ivvota bil-għaqal.

Matthew Grech

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks