Sibtek jirritorna din id-darba mal-attur u preżentatur Matthew Sant Sultana, il-kantanta Michela Galea, l-influencer Sefora Tabone, u ma’ Owen Luellen.

Dawn huma l-mistiedna ta’ Ryan u Josmar waqt l-edizzjoni li jmiss ta’ Sibtek li jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12.15 ‘il quddiem.

Waqt din l-edizzjoni Owen se jkollu sorpriża minn koppja din id-darba!

Matthew Sant Sultana se jkollu sfida diffiċli u tad-daħq ukoll u jekk jitlef se jkollu jixrob/jiekol xi ħaġa stramba!

Sefora Tabone apparti li se turina kif tnaddaf propju lajv waqt Sibtek għandha kollegament dirett minn Londra!

Michela se jkollha sorpriża permezz ta’ kanzunetta li kibret tisma’! Imma għalfejn?!

Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.

Ma tonqosx ukoll il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks