Fl-aħħar filmat tiegħu, il-vlogger lokali Angelo Caruana flimkien mal-ħabib tiegħu, Vince Bonello Pukka, marru f’wieħed mill-widien ta’ Ħal Qormi biex jesploraw l-Għar tas-Slaleb jew kif inhu magħruf man-nies tal-lokal, Għar Ħanżir.

Id-daħla għalih hija żgħira, moħbija fl-arbuxxelli li twasslek għal għar akbar li bilkemm għandna informazzjoni dwaru. Dan l-għar jidher li għandu ħafna partijiet li kienu imħaffra bl-idejn.

Ġewwa huwa mudlam ħafna u għalhekk huwa rakkomandat li jintuża d-dawl għax huwa faċli li tintilef ġo fih u ma ssibx t-triq għal barra.

Għandu numru ta’ karatteristiċi misterjużi bħal slaleb imnaqqxa fuq il-ħitan, kolonni bl-istess mod tul il-ħitan u bħal koppla f’nofs l-għar.

Wieħed isib fetħa żgħira fuq in-naħa ta’ wara li tieħdok għal ġo għar iżgħar u fetħa oħra għal ġot-tieni għar, it-tnejn trid titkaxkar biex taċċessahom.

Meta staqsew lin-nies tal-lokal, qalulhom li l-għar kellu passaġġ ieħor, bħal passaġġ sigriet, li kien imħaffer bl-idejn u li issa huwa blukkat bil-blat li waqa’.

Jista’ jkun li dan tħaffer sabiex jintuża bħala xelter u kellu dan il-passaġġ sigriet f’każ li jkun hemm bżonn li jiġi użat. Mhux rakkomandat li wieħed jaċċessa din iż-żona meta tkun nieżla ħafna xita għax il-wied jereq faċilment u jkun ta’ periklu kbir.

Segwi l-avventura kollha permezz tal-filmat t’hawn taħt:

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks