Il-Papa Franġisku żar 19-il tifel u tifla refuġjati Ukreni fl-isptar tat-tfal Bambino Gesù f’Ruma is-Sibt wara nofsinhar.
Fi stqarrija, il-Vatikan qal li t-tfal ħarbu mill-Ukrajna matul l-ewwel ftit jiem tal-gwerra, li bdiet fl-24 ta’ Frar meta r-Russja invadiet l-Ukrajna, u qed jingħataw kura għal mard onkoloġiku u newroloġiku fost oħrajn, kif ukoll ġrieħi gravi minn splużjonijiet.
Skont il-Vatikan, 50 tifel u tifla refuġjati Ukreni ingħataw kura mill-isptar minn mindu beda l-kunflitt.
Ikkumenta
