Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qal li lest li jinnegozja mal-President Russu Vladimir Putin, iżda wissa li jekk in-negozjati jdaħħlu, dan jista’ jfisser li l-ġlieda bejn iż-żewġ pajjiżi twassal għat-Tielet Gwerra Dinjija.
F’intervista, Zelenskyy qal li huwa ilu lest li jinnegozja ma’ Putin għal dawn l-aħħar sentejn u qal li mingħajr negozjati ma tistax tintemm il-gwerra.
Huwa qal li jekk hemm 1 fil-mija ċans li titwaqqaf il-gwerra, iridu jieħdu dan iċ-ċans.
Zelenskyy kompla jgħid li minkejja li huma qed jirnexxilhom jiġġieldu għal pajjiżhom b’determinazzjoni u saħħa kbira iżda ħafna nies innoċenti qed jitilfu ħajjithom. Żied jgħid li għalhekk iridu jużaw kull format, kull ċans sabiex ikollhom possibbiltà li jitkellmu ma’ Putin u jippruvaw jinnegozjaw miegħu.
Madanakollu, saħaq li jekk dawn l-attentati jfallu dan ikun ifisser li din hija t-Tielet Gwerra Dinjija.
