Permezz ta’ post fuq Facebook, Peppi Azzopardi qal li l-mamà tiegħu li għandha d-dimenzja u saħansitra lanqas tagħraf lil uliedha, inħarġet mis-sala tad-dimenzja f’San Vinċenz de Paul u ttieħdet biex tivvota.

Peppi qal li huma jiġu infurmati b’kull ħaġa li tkun se tiġri lill-mamà tagħhom, kif inhu xieraq.

“Allura kif li kienu se jeħduha biex tivvota lanqas konna infurmati? Nista’ nkun naf x’inhu jiġri?”

Peppi Azzopardi

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks