Ajruplan tal-passiġġieri Ċiniż b’132 persuna abbord iġġarraf f’żona muntanjuża fin-Nofsinhar taċ-Ċina.

Il-Boeing 737 taċ-Ċina Eastern Airlines kien waqt titjira minn Kunming għal Guangzhou meta niżel fl-għoljiet fil-provinċja ta’ Guangxi u ħa n-nar.

S’issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm persuni li salvaw u r-raġuni li wasslet biex l-ajruplan jiġġarraf.

Il-linji tal-ajru Ċiniżi ġeneralment għandhom rekord tajjeb ta’ sikurezza. Fil-fatt l-aħħar inċident kbir seħħ 12-il sena ilu.

Il-midja tal-Istat irrappurtat li aktar minn 600 ħaddiem tas-salvataġġ waslu fuq il-post tal-inċident.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks