Fl-ewwel jum tal-istaġun tar-rebbiegħa
Niftakru f’persuni rebbieħa
Għalkemm għandhom chromosone żejda
Jibqgħu individwi ta’ ħila u ta’ fejda.

Ferħ u mħabba bla qies
Iġibu magħhom dawn in-nies.
Mhux ta’ b’xejn jiġu mfaħħra spiss.
Dawn in-nies huma speċjali iżda mhux biss.

Minkejja d-diffikutajiet li jiffaċċjaw.
Huma dejjem jaħdmu u jistinkaw.
Biex juru lid-dinja li jibbrillaw
Anke jekk bla opportunitajiet dawn jispiċċaw.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks