Il-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-Migrazzjoni esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-periklu li tfal Ukreni, li qed jaħarbu minn pajjiżhom minħabba l-invażjoni Russa, jistgħu jiġu traffikati.

F’konferenza tal-aħbarijiet fl-Estonja, Ylva Johansson qalet li aktar minn 3 miljun Ukren li ħarbu lejn pajjiżi tal-UE mill-bidu tal-gwerra kienu tfal.

L-Ukrajna għandha numru kbir ta’ orfni u tfal imwielda minn surrogati li ma kinux inġabru mill-ġenituri tagħhom. Dan żied ir-riskju li jistgħu jiġu maħtufa jew isiru vittmi ta’ adozzjoni sfurzati.

Hija qalet li hemm riskju kbir li tfal vulnerabbli jiġu traffikati.

S’issa kien hemm ftit tfal mhux akkumpanjati rrappurtati fil-fruntieri tal-UE u xi rapporti ta’ traffikar.

Il-Kummissarju qalet li jista’ jkun hemm riskji fil-fruntieri, fejn kriminali jistgħu jippreżentaw ruħhom bħala helpers biex jieħdu vantaġġ mill-migranti li qed ifittxu kenn.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks