Aktar kmieni llum fil-programm Illum ma’ Steph, ġie żvelat li tmien ġimgħat ilu, Ron u Francesca saru ġenituri taċ-ċkejken Timmy.

Ron tkellem dwar il-fatt li l-ħajja personali tiegħu jħobb iżommha privata kemm jista’ jkun. Fil-fatt dan mhux l-ewwel sigriet li Ron irnexxielu jżomm mistur għaliex l-istess għamel fil-mument li hu u Francesca żżewġu.

Fuq nota umoristika, Ron qal li għandu kurżità kbira biex jisma’ l-vuċi ta’ Timmy!

F’isem it-tim ta’ skoperta.net nawguraw lil Ron u Francesca għal dan il-vjaġġ ġdid f’ħajjithom bħala ġenituri!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks