Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li l-persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li vvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali li saret ilbieraħ kien ta’ 85.5 fil-mija.

S’issa, dan ifisser l-aktar persentaġġ baxx mill-Indipendenza ‘l hawn. Madanakollu, il-persentaġġ preċiż jiġi kkonfermat ladarba jiġu ppubblikati r-riżultati uffiċjali aktar tard illum.

Skont l-istatistika maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali, l-inqas rata ta’ votanti kienet irreġistrata fit-12-il distrett b’78.38 fil-mija filwaqt li l-ogħla rata kienet irreġistrata fis-7 distrett bi 88.02 fil-mija.

L-istatistika turi wkoll li t-total ta’ votanti li ħarġu jivvutaw huwa dak ta’ 303,575 minn 355,075 votant reġistrati.

Persentaġġ approssimattiv ta’ voti mitfugħa fl-4 t’ijiem ta’ votazzjoni 2022
DistrettVotanti ReġistratiTotal%
125,86222,12485.55%
226,94023,47587.14%
327,56624,21687.85%
426,68823,18486.87%
527,05623,59087.19%
627,32123,86587.35%
727,92324,57788.02%
826,36022,74786.29%
926,00721,93684.35%
1026,77721,84881.59%
1127,40123,23384.79%
1228,24922,14278.38%
1330,92526,63886.14%
Total355,075303,57585.50%

Wara jum il-votazzjoni, l-istennija tal-lum tqanqal tensjoni hekk kif fi ftit ħin ieħor jibda l-proċess li jmiss, dak li jibdew jinkixfu l-voti u eventwalment minn ħin għal ieħor wieħed jistenna l-ewwel indikazzjoni tar-riżultat.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks