Select Page

Joseph Muscat jirreaġixxi għar-rebħa tal-Partit Laburista li tħabbret aktar kmieni llum.

F’post li tella’ fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Joseph Muscat qal li l-moviment reġa’ rebaħ. Huwa qal li mhux biss il-moviment għadu ħaj iżda huwa b’saħħtu aktar minn qatt qabel.

Joseph Muscat qal li huwa ċar li n-negattività hija rrifjutata mill-poplu. Madanakollu huwa qal li l-Partit Laburista xorta jrid idur dawra madwaru u janalizza r-raġunijiet tal-ammonju bla preċedent ta’ nies li għażlu li ma jivvutawx.

Dwar il-Partit Nazzjonalista huwa qal li jekk se jkompli bl-istess riċetta, se jibqa’ jiġri l-istess. Żied jgħid ukoll li din ma tkunx aħbar tajba għall-pajjiż li għandu bżonn dibattitu serju ta’ alternattiva politika.

Fl-aħħarnett huwa enfasizza li l-Gvern irid ikun umli u ħadd m’għandu tikbirlu rasu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks