Fl-ewwel kumment li ta lill-midja hekk kif wasal fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti, il-Prim Ministru Robert Abela qal li lbieraħ il-poplu ddeċieda li Malta trid tibqa’ miexja ‘l quddiem.

Il-Prim Ministru qal li r-rebħa elettorali tpoġġi responsabilità akbar fuq il-Partit Laburista. Żied jgħid li l-gvern irid isarraf ir-riżultat f’umiltà akbar u f’aktar ħidma sabiex f’mumenti partikolari jibqa’ jsir il-ġid għall-poplu Malti u Għawdxi.

Huwa wiegħed li l-gvern se jkompli jaħdem fl-interess tal-poplu kollu u b’sens ta’ għaqda Nazzjonali

Filwaqt li rringrazzja lill-poplu tal-fiduċja li reġa’ ta lill-Partit Laburista, wiegħed li din se tissarraf f’aktar ħidma għall-ġid tal-pajjiż.

Aktar kmieni, kien il-Prim Ministru Robert Abela stess li ħabbar li se jkun qed jikseb l-ewwel mandat tiegħu bħala Prim Ministru wara li indikazzjonijiet mill-għadd tal-voti wrew rebħa għall-Partit Laburista.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks