Il-President Amerikan Joe Biden ċaħad li kien qed jitlob bidla fir-reġim meta f’diskors tiegħu qal li l-President tar-Russja Vladimir Putin ma jistax jibqa’ fil-poter.

Biden kien ħiereġ minn knisja f’Washington DC meta ġie mistoqsi minn ġurnalista dwar id-diskors

Meta mistoqsi jekk kienx qed jitlob għal bidla fir-reġim fir-Russja, Biden wieġeb li le.

Uffiċjali tal-amministrazzjoni ta’ Biden qalu li hu l-punt li ried iwassal Biden hu li Putin ma jistax jibqa’ jeżerċita l-poter fl-Ukrajna u ma kienx qed jirreferi għall-poter ta’ Putin fir-Russja jew bidla fir-reġim.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks