Ftit tal-minuti ilu, akkumpanjat minn martu Lydia u bintu Giorgia Mae, Robert Abela ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru ta’ Malta għall-ħames snin li ġejjin.

Dan wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali li saret nhar is-Sibt is-26 ta’ Marzu, b’maġġoranza assoluta.

Il-ġurament tal-ewwel mandat ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru ngħata mill-President tar-Repubblika George Vella fil-preżenza tal-Prim Imħallef Mark Chetcuti, l-Avukat Ġenerali tal-Istat Chris Soler u l-Kap tas-Servizz Pubbliku Mario Cutajar.

Robert Abela ħa wkoll il-ġurament ta’ lealtà lejn il-kostituzzjoni.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks