Will Smith ta daqqa ta’ ħarta lil Chris Rock fuq il-palk tal-Oscars wara li l-komiku qal ċajta dwar martu, Jada Pinkett Smith.

Chris Rock irrefera għall-mart l-attur Will Smith bħala G.I Jane 2, li fil-film kellha xagħarha mqaxxra wkoll.

Smith tela’ fuq il-palk u tah daqqa ta’ ħarta qabel ma reġa’ mar ipoġġi fuq is-siġġu tiegħu u b’leħen għoli u kliem vulgari wissieh biex ma jsemmix lil martu.

Jada Pinkett Smith reċentement tkellmet pubblikament dwar il-battalja tagħha mal-kundizzjoni tal-alopeċija wara d-dijanjosi tagħha fl-2018. Din il-kundizzjoni twassal għat-telf tax-xagħar.

Madwar 40 minuta wara r-reazzjoni ta’ Smith, reġa’ lura fuq il-palk biex jirċievi l-Oscar għall-aħjar attur u skuża ruħu iżda ma semmiex lil Rock b’ismu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks