Rawnd ieħor ta’ taħdidiet bejn ir-Russja u l-Ukrajna bl-għan li titwaqqaf il-gwerra, mistenni jibda llum hekk kif il-ġlied jidher li dejjem qed jintensifika.
L-armata Russa qed tiġġieled sabiex tieħu f’idejha xi bliet fl-Ukrajna, filwaqt li tal-aħħar qed tiġġieled sabiex iżżomm il-kontroll tal-bliet tagħha f’idejha.
Qabel it-taħdidiet, li se jsiru f’Istanbul, il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qal li pajjiżu lest jiddikjara n-newtralità tiegħu, kif talbet ir-Russja, u huwa miftuħ għal kompromess dwar id-destin ta’ Donbas, ir-reġjun ikkontestat fil-Lvant tal-pajjiż.
Hekk kif il-ġlied intensifika madwar il-pajjiż kollu, is-sindku ta’ Irpin, fejn kien hemm fost l-aktar ġlied intensiv, qal li l-belt kienet ħielsa mill-forzi Russi.
