L-aġenzija tal-aħbarijiet statali Russa RIA Novosti rrappurtat li wara t-taħditiet li bdew illum f’Istanbul bejn ir-Russja u l-Ukrajna, id-delegazzjoni Russa ħabbret żewġ passi lejn il-possibilità li l-kunflitt jonqos.

Skont ir-rapporti, id-delegazzjoni Russa qalet li l-passi kienu jinkludu tnaqqis drastiku fl-attività militari fid-direzzjoni kien ta’ Kyiv u Chernihiv kif ukoll il-possibilità ta’ laqgħa bejn il-President Russu Vladimir Putin u l-President Ukren Volodymyr Zelenskyy.

Il-kap tad-delegazzjoni Russa Vladimir Medinsky sejjaħ it-taħdidiet bħala kostruttivi.

Intant, il-konsulent presidenzjali Ukren Mykhailo Podolyak qal li sar biżżejjed progress waqt it-taħdidiet li żżid il-possibilità li ż-żewġ presidenti jiltaqgħu.

Podolyak qal li t-taħdidiet bejn iż-żewġ partiti se jkomplu onlajn u li l-Ukrajna teħtieġ kliem legali miktub ċar.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks