Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Jason Azzopardi ħabbar li se jkun qed jitfa’ ismu għall-elezzjonijiet każwali.

Fil-messaġġ tiegħu, Jason Azzopardi qal li minkejja li jaf li ma tantx hemm possibilità li jiġi elett mill-elezzjonijiet każwali fid-disa’ distrett, se jitfa’ ismu b’rispett lejn il-votanti li wrewh rispett u tawh il-fiduċja.

Huwa rringrazzja wkoll lill-votanti tar-raba’ distrett u qal li kien l-ikbar privileġġ ta’ ħajtu li kellu l-fiduċja tagħhom sa mill-1998, meta kien ġie elett għall-ewwel darba. Sostna ħafna minnhom huma daqslikieku membri tal-familja

Jason Azzopardi awgura wkoll lil Mark Anthony Sammut, il-kandidat li ġie elett għall-ewwel darba mir-raba’ distress u saħaq li se jibqa’ għad-dispożizzjoni tiegħu jekk u meta jkollu bżonnu.

.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks