Wara li Evarist Bartolo kien wieħed minn dawk li ma ġewx eletti fl-elezzjoni ġenerali li saret nhar is-Sibt is-26 ta’ Marzu, u indika li se jkun qed jibda staġun ġdid f’ħajtu, aktar kmieni llum, għadda messaġġ ieħor fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu.

Fil-messaġġ tiegħu, Evarist Bartolo rringrazzja lil kull min għamel kuntatt miegħu biex jirringrazzjawh għall-ħidma tiegħu u jawgurawlu għall-futur.

Huwa qal li filwaqt li dejjem għamel mill-aħjar li seta’ jinsab ċert li kien hemm fejn naqas u fejn seta’ jagħmel iżjed.

Skomdu tgħum kontra l-kurrent imma mhux il-ħut mejjet li jħalli lilu nnifsu jinġarr mal-kurrent?”

Evarist Bartolo

Evarist kompla jgħid li jixtieq li jipprova jgħix ħajja bis-sens u li fiha tifsira.

“Suċċess li jitkejjel b’kemm taħtaf flus u unuri, u fama personali huwa suċċess li jidher kbir minn barra imma vojt minn ġewwa.”

Evarist Bartolo

Bartolo żied jgħid li s-suċċess ta’ veru jitkejjel b’kemm tagħmel ġid lill-oħrajn.

Filwaqt li tella’ frażi bl-Ingliż ta’ Viktor Frankl li tgħid: “For the world is in a bad state, but everything will become still worse unless each of us does his best“, huwa qal li Viktor Frankl, li għadda mill-esperjenza terribbli tal-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz, jgħallimna li s-suċċess ta’ veru huwa mezz biex tilħaq għanijiet tajbin u mhux għan fih innifsu.

Evarist qal li fil-ktieb tiegħu, Viktor Frankl jgħid li s-suċċess ta’ veru huwa li tiddedika ruħek għal kawża ġusta akbar minnek, kif ukoll li wieħed għandu jisma’ x’tordnalu jagħmel il-kuxjenza u jagħmilha mill-aħjar li jaf.

Huwa qal li dawk li għandhom skop għaliex jgħixu kapaċi jiffaċċjaw kulma jiltaqgħu miegħu fil-ħajja

“Anki jekk ma nilħqux għal kollox l-ogħla għan tagħna għall-ġid komuni, aħna u nisfurzaw biex nilħquh, insir persuni aħjar.”

Evarist Bartolo

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks